Language of document : ECLI:EU:C:2018:887

Kawża C-495/17

Cartrans Spedition Srl

vs

Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti  Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova
u
Direcţia Regională a Finanţelor Publice Bucureşti  Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunalul Prahova)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet – Artikolu 146(1)(e) u l-Artikolu 153 – Tranżazzjonijiet ta’ trasport bit-triq direttament marbuta mal-esportazzjoni ta’ oġġetti – Servizzi mogħtija minn intermedjarji li jintervjenu f’tali tranżazzjonijiet – Sistema probatorja relatata mal-esportazzjoni tal-oġġetti – Dikjarazzjoni doganali – Carnet TIR”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2018

1.        Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali  – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni – Kamp ta’ applikazzjoni – Provvista ta’ servizzi, inklużi t-trasporti u t-tranżazzjonijiet anċillari – Inklużjoni – Kundizzjoni – Eżistenza ta’ rabta diretta bejn it-trasporti jew it-tranżazzjonijiet anċillari u l-esportazzjoni tal-oġġetti

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 146(1)(e))

2.        Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali  – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni – Provvista ta’ oġġetti mibgħuta jew ittrasportati barra mill-Unjoni – Sistema probatorja relatata mal-esportazzjoni tal-oġġetti – Modalitajiet probatorji – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Obbligi formali u kundizzjonijiet sostantivi

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 146(1)(e))

3.        Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali  – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni – Provvista ta’ oġġetti mibgħuta jew ittrasportati barra mill-Unjoni – Sistema probatorja relatata mal-esportazzjoni tal-oġġetti – Modalitajiet probatorji – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 146(1)(e))

4.        Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali  – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet – Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni  – Provvista ta’ servizzi, inklużi t-trasporti u t-tranżazzjonijiet anċillari – Tranżazzjonijiet ta’ trasport bit-triq direttament marbuta mal-esportazzjoni ta’ oġġetti – Servizzi mogħtija minn intermedjarji li jintervjenu f’tali tranżazzjonijiet – Sistema probatorja relatata mal-esportazzjoni tal-oġġetti – Prassi fiskali li tissuġġetta l-eżenzjoni għall-produzzjoni tad-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni tal-oġġetti kkonċernati – Inammissibbiltà – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi oħra – Carnet TIR – Valur probatorju

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 146(1)(e) u 153)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 35)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 37-39, 48-50, 52, 54)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 55-57)

4.      L-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, minn naħa, u l-imsemmija dispożizzjoni magħquda tal-Artikolu 153 ta’ din l-istess direttiva, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi fiskali ta’ Stat Membru li skontha l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, rispettivament, għas-servizzi ta’ trasport direttament marbuta ma’ esportazzjonijiet ta’ oġġetti u għall-provvisti ta’ servizzi mwettqa minn intermedjarji li jintervjenu f’dawn is-servizzi ta’ trasport hija suġġetta għall-produzzjoni mill-persuna taxxabbli tad-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni tal-oġġetti kkonċernati. F’dan ir-rigward, huma l-awtoritajiet kompetenti, għall-finijiet tal-għoti tal-imsemmija eżenzjonijiet, li għandhom jeżaminaw jekk it-twettiq tal-kundizzjoni relatata mal-esportazzjoni tal-oġġetti kkonċernati jistax jiġi dedott b’livell ta’ plawżibbiltà suffiċjentement għolja tal-elementi kollha li dawn l-awtoritajiet għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. F’dan il-kuntest, carnet TIR mitlub mid-dwani tal-pajjiżi terzi ta’ destinazzjoni tal-oġġetti prodott mill-persuna taxxabbli jikkostitwixxi element li, bħala prinċipju, għandhom jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-imsemmija awtoritajiet, sakemm dawn ma jkollhomx raġunijiet preċiżi li jiddubitaw mill-awtentiċità jew mill-affidabbiltà ta’ dan id-dokument.

(ara l-punt 68 u d-dispożittiv)