Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 - Corrado vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-315/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Signorello Corrado (Portopalo di Capo Passero, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta' Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9);

tikkundanna lill-Kummissoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-313/08, Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.

____________