Language of document : ECLI:EU:T:2021:544


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Settembru 2021 – SBG vs EUIPO – VF International (GEOGRAPHICAL NORWAY EXPEDITION)

(Kawża T-459/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GEOGRAPHICAL NORWAY EXPEDITION – Raġuni assoluta għal rifjut – Kawża ta’ invalidità assoluta – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Mala fide – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Kriterji ta' evalwazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi kollha eżistenti fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Konoxxenza min-naħa tal-applikant tal-użu minn terz ta’ sinjal identiku jew simili – Intenzjoni tal-applikant

((Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(2) u (4), u 52(1)(b))

(ara l-punti 16, 17, 79)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Kunċett ta’ mala fide – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

(ara l-punti 18, 19)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Kriterji ta' evalwazzjoni – Neċessità li tiġi pprovata l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(a) u (b), (2) u (5), 52(1)(b), u 53 (1) (a))

(ara l-punti 20 sa 22)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tarRegolament 2017/1001 – Portata identika għal dik talArtikolu 296 TFUE – Formalità essenzjali

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u talKunsill 2017/1001, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1))

(ara l-punti 24, 92, 93)

5.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Nuqqas jew insuffiċjenza ta' motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti

(Artikoli 263 u 296 TFUE)

(ara l-punt 25)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 (Każ R 664/2019-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn VF International u SBG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ April 2020 (Każ R 664/2019‑1), hija annullata.

2)

L-EUIPO u VF International Sagl huma kkundannati għall-ispejjeż.