Language of document : ECLI:EU:T:2015:950





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 –
Sony Computer Entertainment Europe vs UASI – Marpefa (Vieta)

(Kawża T‑690/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja figurattiva Vieta – Użu ġenwin mit-trade mark – Natura tal-użu – Artikoli 15(1) u 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Forma li tiddifferixxi permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv – Prova tal-użu għall-prodotti rreġistrati”

1.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Għan u kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punt 31)

2.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punti 32, 44, 45, 49, 53)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a)); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 22(3) u 40(5) (ara l-punti 33, 34)

4.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Trade mark figurattiva Vieta (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a) u 51(1)(a) u (2)) (ara l-punti 54, 69)

5.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu parzjali – Effett – Kunċett ta’ “parti mill-prodotti jew mis-servizzi” koperti mir-reġistrazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a) u 51(2)) (ara l-punti 61, 62)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2100/2013‑2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Sony Computer Entertainment Europe Ltd u Marpefa, SL.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-2 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2100/2013‑2), hija annullata sa fejn din ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiġi miċħuda t-talba għar-revoka tat-trade mark Komunitarja figurattiva Vieta għall-“apparat għar-riproduzzjoni ta’ ħsejjes u ta’ stampi”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.