Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 – H vs Il-Kunsill et

(Kawża T-271/10) 1

(“Rikors għal annullament – Rikors għad-danni – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Espert nazzjonali sekondat mal-EUPM fil-Bosnja-Ħerzegovina – Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H (Catania, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn C. Mereu u M. Velardo, sussegwentament minn M. Velardo, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro, G. Marhic u M.-M. Joséphidès, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u B. Eggers, aġenti); u Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament, minn naħa waħda, tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, iffirmata mill-kap tal-persunal tal-EUPM, li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet assenjata mill-ġdid għall-post ta’ “Criminal Justice Adviser – Prosecutor” mal-Uffiċċju Reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina) u, min-naħa l-oħra, jekk ikun meħtieġ, tad-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-Missjoni msemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK, tat-8 ta’ Diċembru 2009, dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) (ĠU L 322, p. 22), li tikkonferma d-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, kif ukoll, it-tieni nett, talba għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.2)    H għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea.