Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Ottubru 2010 - Nencini vs Il-Parlament

(Kawża T-431/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru ta' kumpens imħallas bħala rimbors tal-ispejjeż ta' assistenza parlamentari u tal-ivvjaġġar - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Riccardo Nencini (Barberino di Mugello, l-Italja) (rappreżentant: F. Bertini, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorens, A. Caiola u D. Moore, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta' diversi atti tal-Parlament dwar l-irkupru ta' ħlasijiet indebiti ta' kumpens Parlamentari.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________