Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal judiciaire de Chambéry (Franza) fl-20 ta’ Frar 2024 – xx vs ww, yy, zz, vv

(Kawża C-196/24, Aucrinde 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal judiciaire de Chambéry

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: xx

Konvenuti: ww, yy, zz, vv

Parti fil-kawża: L-Uffiċċju tal-Prosekutur

Domandi preliminari

L-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) 1 jippermetti lil qorti nazzjonali li tirrifjuta li tapplika r-Regolament inkwistjoni u li tikkonforma mat-talba tal-Istat rikjedenti, għar-raġuni li l-forma tat-talba tmur kontra l-prinċipji fundamentali tad-dritt nazzjonali tal-Istat rikjest u b’mod partikolari l-Artikolu 16-11 tal-code civil (il-Kodiċi Ċivili)?

Jekk l-Artikolu 12 tar-Regolament 2020/1783 japplika mingħajr kunsiderazzjoni tad-dritt nazzjonali, kif għandhom jiġu interpretati u marbuta flimkien l-Artikoli 1 (dritt għad-dinjità) u 7 (dritt għar-rispett tal-ħajja privata) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sabiex ikun jista’ jiġi kkonstatat jekk tali applikazzjoni tar-Regolament tinvolvix ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jew le?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2020, L 405, p. 1, rettifiki fil-ĠU L, 2023/90050 u fil-ĠU L, 2024/90158.