Language of document : ECLI:EU:T:2011:225





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Mejju 2011 – Glenton España vs UASI – Polo/Lauren (POLO SANTA MARIA)

(Kawża T-376/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva POLO SANTA MARIA – Trade mark Benelux figurattiva preċedenti li tirrappreżenta siluwett ta’ plejer tal-polo – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 25, 34)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 594/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Polo/Lauren Company, LP, u Glenton España, SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Glenton España, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva POLO SANTA MARIA, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25, 36, 41 u 43 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3976776

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

The Polo/Lauren Company, LP

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni tat-trade mark Benelux għal trade mark figurattiva disinn ta’ plejer tal-polo għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Annullament parzjali tad-deċiżjoni appellata


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Glenton España, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.