Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – Daimler Truck vs EUIPO (TRUCKS YOU CAN TRUST)
(Kawża T-548/23) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TRUCKS YOU CAN TRUST – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Daimler Truck AG (Leinfelden-Echterdingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Klee, aġent)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Ġunju 2023 (Kawża R 484/2023-2).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Daimler Truck AG għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
____________
1 ĠU C, C/2023/147, 16.10.2023.