Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2024 – DO vs BĊE
(Kawża T-180/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: DO (rappreżentanti: L. Levi u P. Baudoux, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut inkorporata fir-rendikont tas-salarju ta’ Lulju tar-rikorrent li ġiet innotifikata fl-14 ta’ Lulju 2023;
tannulla, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tal-konvenut tas-17 ta’ Ottubru 2023, li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal stħarriġ amministrattiv tal-25 ta’ Awwissu 2023;
tannulla, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tal-konvenut tal-5 ta’ Frar 2024, li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal proċedura ta’ ilmenti tal-14 ta’ Diċembru 2023;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
L-ewwel motiv ibbażat fuq, ksur tar-regoli inkorporati fir-Regolamenti dwar it-Taxxa 1 u r-Regoli tal-Persunal tal-BĊE u li l-konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
It-tieni motiv ibbażat fuq, ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.
It-tielet motiv ibbażat fuq, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
____________
1 Ir-rikors jagħmel riferiment f’dan ir-rigward għar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 33).