Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2024 – Rigo Trading vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ rettangolu mmewweġ)

(Kawża T-215/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rigo Trading SA (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: H. Held, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark ikkonċernata: Ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea ta’ trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ rettangolu mmewweġ)_ – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 700 702

Deċiżjoni kkontestata: Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 2150/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-kawża lura lill-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

ksur tal-Artikolu 20 kif ukoll tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) u (c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), dwar id-dritt għal smigħ u l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament.

____________