Language of document : ECLI:EU:T:2008:106





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ April 2008 –

Ċipru vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-119/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Avviż ta’ għoti ta’ kuntratt intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta’ Ċipru – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Argumenti essenzjalment identiċi għal dawk ippreżentati fil-kuntest ta’ kawża preċedenti – Riferiment gaħll-motivi tad-deċiżjoni preċedenti – Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 6-7)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ avviż ta’ għoti ta’ kuntratt adottat mill-Kummissjoni u intiż li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta’ Ċipru fil-qasam tat-trobbija ta’ l-annimali.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.