Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Marzu 2008 - Gourmet Burger Kitchen vs L-UASI (GOURMET BURGER KITCHEN)

(Kawża T-115/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gourmet Burger Kitchen Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Sawdy, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-5 ta' Diċembru 2007 fil-Każ R 1215/2007-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali li tikkonsisti fil-kliem GOURMET BURGER KITCHEN għal prodotti u servizzi varji fil-klassijiet 29, 30, 31, 32, 33 u 43 - applikazzjoni Nru 4 615 341

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut parzjali ta' l-applikazzjoni għal servizzi fil-klassi 43

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-Appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade mark akkwistat karattru distintiv bl-użu fir-Renju Unit u l-Irlanda.

____________