Language of document : ECLI:EU:T:2008:582





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2008 – L-Italja vs Il-KESE u Il-Kummissjoni

(Kawża T-117/08)

“Kwistjoni proċedurali – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Inammissibbiltà parzjali tar-rikors – Nuqqas ta’ imputabbiltà tal-atti lill-Kummissjoni”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 14, 15)

2.                     Rikors għal annullament - Rikors kontra avviż ta’ pożizzjoni vakanti maħruġ mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mhux mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) - Att esklużivament imputabbli lil dan il-Kumitat - Rikors kontra l-Kumitat u l-Kummissjoni - Inammissibbiltà parzjali (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 17-21)

Suġġett

Annullament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti Nru 73/07 għal Segretarju Ġenerali (grad A* 16) fi ħdan il-KESE, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Diċembru 2007 (ĠU C 316 A, p. 1), kif ukoll tar-rettifika għal dan l-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Jannar 2008 (ĠU C 25 A, p. 21).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa dirett kontra l-Kummissjoni.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha għal dan ir-rikos, sa fejn huwa dirett kontra l-Kummissjoni, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.