Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2013 – ZZ vs Europol

(Kawża F-122/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: J. Kempeners u M. Itani, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti għal żmien indeterminat u talba sabiex il-Europol jiġi kkundannat iħallas id-differenza bejn ir-remunerazzjoni li hija kienet tkompli tirċevi mal-Europol u kull allowance oħra li hija effettivament irċeviet.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Europol fis-6 ta’ Mejju 2013 li permezz tagħha l-Europol informa lir-rikorrenti li ma kienx ser iġedded il-kuntratt għal żmien determinat tagħha li kellu jiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2013;jikkundanna lil Europol iħallas lir-rikorrenti d-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tar-remunerazzjoni li għalih hija kien ikollha dritt li kieku baqgħet fis-servizz fi ħdanu u, min-naħa l-oħra, l-ammont tar-remunerazzjoni, tal-onorarji, tal-allowances tal-qgħad u ta’ kull allowance oħra ta’ sostituzzjoni li hija effettivament irċeviet wara l-1 ta’ Ottubru 2013 inkambju għar-remunerazzjoni li hija kienet tirċievi fi ħdan il-Europol;tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.