Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2012 - Grupo T Diffusión vs UASI - ABR Producción Contemporánea (Lampi)

(Kawża T-343/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo T Diffusión, SA (El Prat de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: A. Lasala Grimalt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ABR Producción Contemporánea, SL (Barcelona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta' Ġunju 2012 fil-Każ R 1622/2010-3, dwar proċedimenti ta' invalidità tad-Disinn Komunitarju Nru 000 42 7448-0001 u tiddikjara l-effikaċità sħiħa u l-validità sħiħa tal-imsemmi disinn, b'eżenzjoni għal Grupo T Diffusión, S.A. għall-ħlas tal-ispejjeż ta' ABR u tal-UASI

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: disinn ta' lampa - Disinn Komunitarju rreġistrat Nru 000 42 7448-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ABR Producción Contemporánea, SL

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: disinn preċedenti ta' lampa standard "Cypress"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: rikors għal dikjarazzjoni ta' invalidità milqugħ

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002

____________