Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Novembru 2012 - Grupo T Diffusión vs UASI - ABR Producción Contemporánea (Lampe)

(Kawża T-343/12) 

(Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo T Diffusión, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Lasala Grimalt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: ABR Producción Contemporánea, SL (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta' Ġunju 2012 (Każ R 1622/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn ABR Producción Contemporánea, SL u Grupo T Diffusión, SA.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 287, 22.09.2012