Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ April 2018 – Messi Cuccittini vs EUIPO – J-M.-E.V. e hijos (MESSI)
(Kawża T-554/14)
“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MESSI – Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea MASSI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”
1. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))
(ara l-punti 35, 36, 65 sa 67)
2. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))
(ara l-punt 37)
3. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea– Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva MESSI u trade marks verbali MASSI
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))
(ara l-punti 42, 56, 61 sa 64, 75 sa 78)
4. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl ta’ provi mhux ippreżentati preċedentement quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Esklużjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)
(ara l-punt 57)
5. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Eżami limitat għall-motivi invokati – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatti magħrufa
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1))
(ara l-punt 60)
6. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))
(ara l-punt 70)
7. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kapaċità tad-diverġenzi kunċettwali li jinnewtralizzaw ix-xebh viżiv jew fonetiku – Kundizzjonijiet
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))
(ara l-punt 73)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ April 2014 (Każ R 1553/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J-M.-E.V. e hijos u L. Messi Cuccittini. |
Dispożittiv
1) | | Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ April 2014 (Każ R 1553/2013-1) hija annullata. |
2) | | L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Lionel Andrés Messi Cuccittini. |
3) | | J-M.-E.V. e hijos, SRL għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |