Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-1 ta’ Marzu 2024 – BX vs Statul Român – Ministerul Finanţelor Publice, Curtea de Apel Bucureşti

(Kawża C-163/24, Statul Român – Ministerul Finanţelor Publice u Curtea de Apel Bucureşti)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BX

Konvenut: Statul Român – Ministerul Finanţelor Publice, Curtea de Apel Bucureşti

Domandi preliminari

L-Artikolu 20(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 1 (fil-verżjoni preċedenti għat-tħassir tiegħu permezz [tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 2 ]) jikkostitwixxi regola tal-Unjoni Ewropea li tagħti drittijiet konkreti lil individwi, li l-ksur tagħha jista’ jwassal għar-responsabbiltà tal-Istat minħabba deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali tal-aħħar istanza?

Il-kunċett ta’ “informazzjoni fattwalment korretta” previst fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi kemm id-dikjarazzjoni korretta taż-żoni mill-bidwi kif ukoll l-identifikazzjoni korretta tar-roqgħa art użata u tal-limiti tagħha?

Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, il-fatt li l-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza ma adixxietx lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament Nru 796/2004 jikkostitwixxi ksur manifest u serju biżżejjed sabiex l-Istat ikun responsabbli għad-dannu li kien allegatament ikkawżat mid-deċiżjoni ta’ dik il-qorti?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269.

1     ĠU 2009, L 30, p. 16, rettifika fil-ĠU 2010, L 43, p. 7.

1     ĠU Ediżżjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243.