Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 - L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-50/06, T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06)1

("Għajnuna mill-Istat - Direttiva 92/81/KEE - Dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta' allumina - Eżenzjoni mogħtija mill-Awtoritajiet Franċiżi, Irlandiżi u Taljani - Għajnuna ġdida - Għajnuna eżistenti - Obbligu ta' motivazzjoni - Stħarriġ ex officio)

Lingwi tal-kawża: L-Ingliż, il-Franċiż u it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti fil-kawża T-50/06: L-Irlanda (D. O'Hagan, aġent, assistit minn P. McGarry, barrister)

Rikorrenti fil-kawża T-56/06: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Ramet, aġenti)

Rikorrenti fil-kawża T-60/06: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Aiello, avvocato dello Stato)

Rikorrenti fil-kawża T-62/06: Eurallumina SpA (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: L. Martin Alegi, R. Denton u M. Garcia, solicitors)

Rikorrenti fil-kawża T-69/06: Aughinish Alumina Ltd (Askeaton, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. Handoll u C. Waterson, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci, N. Khan, P. Stancanelli u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta' Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta' allumina fir-reġjun ta' Gardanne, fir-reġjun ta' Shannon u f' Sardinja, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja (ĠU 2006, L 119, p.12).

Dispożittiv

Il-kawżi T-50/06, T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta' Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni ta' allumina fir-reġjun ta' Gardanne, fir-reġjun ta' Shannon u f' Sardinja, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja hija annullata.

Ir-rikors fil-kawża T-62/06 huwa micħud fir-rigward tal-kumplament.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk relatati mal-proċedura sommarja fil-kawża T-69/06R.

____________

1 - ĠU C 86, 8.4.2006.