Language of document : ECLI:EU:T:2023:494

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Diċembru 2011 - France Télécom vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiza

(C-81/10 P)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Sistema ta' impożizzjoni fuq France Télécom tat-taxxa professjonali - Kunċett ta' 'għajnuna' - Aspettattivi leġittimi - Terminu ta' preskrizzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni - Prinċipju ta' ċertezza legali)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: France Télécom (rappreżentanti: S. Hautbourg, L. Olza Moreno u L. Godfroid, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u D. Grespan, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla), tat-30 ta' Novembru 2009, Franza u France Télécom vs Il Kummissjoni (T-427/04 u T-17/05), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi ppreżentati mir-Repubblika Franċiża u mir-rikorrenti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/709/KE, tat-2 ta' Awissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza (ĠU 2005, L 269, p. 30) - Ksur tal-kunċetti ta' "għajnuna mill-Istat" u ta' "vantaġġ" relatati mas-sistema ta' ntaxxar ta' France Télécom fuq it-taxxa tan-negozju għas-snin 1994 sa 2002 - Ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi - Terminu ta' preskrizzjoni tal-iskema ta' għajnuna - Obbligu ta' motivazzjoni u ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali

Dispożittiv

    L-appell huwa miċħud.

    France Télécom SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha

____________

1 - ĠU C 148, 05.06.2010