Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju)

fit-8 ta’ Frar 2024 – OV vs WEAREONE.WORLD BV

(Kawża C-106/24, WEAREONE.WORLD BV)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OV

Konvenut: WEAREONE.WORLD BV

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 1 u approvata bil-wet van 14 juli 1987 (il-Liġi tal-14 ta’ Lulju 1987), u l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) 2 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kwistjoni tad-detenzjoni tad-drittijiet tal-awtur fuq xogħol li nħoloq bl-eżekuzzjoni ta’ obbligu li jirriżulta minn kuntratt ta’ xogħol jew minn provvista ta’ servizzi, jiġifieri l-kwistjoni dwar min huwa d-detentur oriġinali u sa fejn dan id-dritt jista’ jiġi trażmess lil detentur sussegwenti, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “obbligi kuntrattwali”?

____________

1     ĠU 2005, C 169, p. 10.

1     ĠU 2008, L 177, p. 6, rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.