Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Ottubru 2012 - Zoo Sport vs UASI - K 2 (zoo sport)

(Kawża T-455/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zoo Sport Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (irrappreżentata minn: I. Rungg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: K-2 Corp. (Seattle, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta' Awwissu 2012 fil-Każ R 1395/2011-4, b'tali mod li tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri abjad u iswed "zoo sport", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8909293

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 5233119 għat-trade mark verbali "ZOOT", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 25; trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 4719316 għat-trade mark figurattiva bil-kuluri abjad u iswed "SPORTS ZOOT SPORTS", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35, 36 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti u servizzi kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________