Rikors ippreżentat fit-12 ta' Ottubru 2012 - Zoo Sport vs UASI - K-2 (ZOOSPORT)
(Kawża T-453/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zoo Sport Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentant: I. Rungg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: K-2 Corp. (Seattle, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
tvarja d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta' Awwissu 2012 fil-Każ R 1119/2011-4, jiġifieri tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha; u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għal trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark "ZOOSPORT", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8909251
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5233119 għat-trade mark "ZOOT", għal prodotti fil-klassijiet 9 u 25; reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 4719316 għat-trade mark figurattiva fl-iswed u l-abjad "SPORTS ZOOT SPORTS", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35, 36 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti u servizzi kkontestati
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________