Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta̕ Mejju 2013 - Gap granen & producten vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-437/10) 

("Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Importazzjoni ta' qamħ iebes ta' kwalità għolja - Dazji fuq l-importazzjoni - Regolament (KE) Nru 919/2009 - Regolament (KE) Nru 1249/96 - Ksur suffiċjentement serju ta' dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dannu materjali - Rabta kawżali")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Gap SA granen & producten NV (Zoersel, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Ronse, A. Hansebout, K. Claeyé u J. Muyldermans, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u B. Burggraaf, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni ppreżentat fuq il-bażi tal-Artikolu 340 TFUE intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara li ġew iffissati d-dazji fuq l-importazzjoni għall-qamħ iebes ta' kwalità għolja permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 919/2009, tal-1 ta' Ottubru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 915/2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta' Ottubru 2009 (ĠU L 259, p 5).

Dispożittiv

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkumpensa d-dannu subit minn Gap SA granen & producten NV minħabba l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 919/2009, tal-1 ta' Ottubru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 915/2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta' Ottubru 2009, sa fejn dan ir-regolament la kkunsidra l-kwotazzjoni fob u lanqas uża metodu ta' kalkolu li jirrappreżenta l-ispejjeż reali għall-iffissar tad-dazji fuq l-importazzjoni għall-qamħ iebes ta' kwalità għolja.

Gap SA granen & producten NV u l-Kummissjoni għandhom jibgħatu lill-Qorti Ġenerali, f'terminu ta' sitt xhur mid-data tas-sentenza, l-ammonti li għandhom jitħallsu, inkluż l-interessi, stabbiliti bi qbil komuni.

Fin-nuqqas ta' dan, Gap SA granen & producten NV u l-Kummissjoni għandhom jibgħatu lill-Qorti Ġenerali, fl-istess terminu, it-talbiet tagħhom dwar il-kwantifikazzjoni tad-dannu.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C 317, 20.11.2010.