Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – Unilab vs EUIPO – Cofares (Healthily)

(Kawża T-288/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Healthily – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Healthies – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Unilab LP (Rockville, Maryland, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Misztal u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Cofares, Sociedad Cooperativa Farmaceutica Española (Madrid, Spanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Marzu 2023 (Każ R 1959/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Unilab LP u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 252, 17.7.2023.