Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – Escobar vs EUIPO (Pablo Escobar)

(Kawża T-255/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Pablo Escobar – Raġuni assoluta għal rifjut – Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità – Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Preżunzjoni tal-innoċenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Escobar Inc. (Guaynabo, il-Puerto Riko, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Slopek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Klee, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Frar 2023 (Każ R 1364/2022-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 252, 17.7.2023.