Language of document : ECLI:EU:T:2014:138





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Faci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑46/10)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq kif ukoll ta’ klijenti u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Prova ta’ aspett wieħed tal-ksur – Multi – Ugwaljanza fit-trattament – Amministrazzjoni tajba – Terminu raġonevoli – Proporzjonalità”

1.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni – Serje ta’ indizji – Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà jew it-tul tal-ksur (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 45-55, 88-92)

2.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Stħarriġ ġudizzjarju – Stħarriġ ta’ ġurisdizzjoni sħiħa – Evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-karattru proporzjonat tal-multa (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 21 u 22) (ara l-punti 129-141, 152, 157, 177)

3.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur minħabba tul eċċessiv tal-proċedimenti – Kundizzjoni – Ksur għad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati – Effett tat-tul eċċessiv tal-proċedimenti fuq il-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Assenza (Artikolu 81 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 173, 174)

4.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Neċessità li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ tal-impriżi kkonċernati u li tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-multi ma’ dan id-dħul – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punt 196)

5.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Ċirkustanzi attenwanti – Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju – Evalwazzjoni (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punti 200-202)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), jew, sussidjarjament, talba għal annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Faci SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.