Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2013 – Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-420/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alain Laurent Brouillard (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. M. Gouazé, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2013 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni – dwar il-kuntratt 2013/S 047-075037, li eliminat lil A. L. Brouillard mil-lott ta’ traduzzjoni lejn il-Franċiż;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni li tistieden lill-kandidat ikkunsidrat bħala offerent fl-ambitu ta’ proċedura nnegozjata ta’ sejħa għal offerti intiża għall-konklużjoni ta’ kuntratti qafas għat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi minn ċerti lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Franċiż (ĠU 2013/S 47-075037) sabiex jissottometti offerta li fiha huwa kkonfermat li r-rikorrent ma huwiex ser jiġi impjegat fl-għoti tas-servizzi kkonċernati, peress li r-rikorrent ma għandux it-taħriġ ġuridiku sħiħ rikjest.Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtorità li adottat l-att ikkontestat.It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-Direttivi 2000/78/KE  u 2005/36/KE  , kif ukoll tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni dwar il-kwalifiki universitarji u professjonali tar-rikorrent.

____________

____________

1     Direttiva 2000/78/KE tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).     Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p.