Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-420/13)1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Konklużjoni ta’ kuntratti qafas – Traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi għall-Franċiż – Stedina għat-tfih ta’ offerta – Esklużjoni ta’ subappaltatur propost – Kapaċità professjonali – Rekwiżit ta’ taħriġ ġuridiku sħiħ – Rikonoxximent ta’ diplomi – Proporzjonalità – Trasparenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alain Laurent Brouillard (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-M. Gouazé, sussegwentement J. Pertek u D. Dagyaran, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Placco, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittri tal-5 ta’ Ġunju 2013 li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bagħtet lil IDEST Communication SA, li permezz tagħhom hija stiednet lil din tal-aħħar, minn naħa, tagħmel offerti fil-kuntest tal-proċedura nnegozjata ta’ għoti ta’ kuntratt sabiex jiġu konklużi kuntratti qafas għat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi minn ċerti lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Franċiż (ĠU 2013/S 047-075037) u, min-naħa l-oħra, tikkonferma li r-rikorrent ma kienx ser jiġi impjegat fil-provvista tas-servizzi kkonċernati mill-kuntratt.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Alain Laurent Brouillard huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C ##, ##.