Language of document : ECLI:EU:T:2015:633





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Settembru 2015 –
Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T‑420/13)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Konklużjoni ta’ kuntratti qafas – Traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi għall-Franċiż – Stedina għat-tfigħ ta’ offerta – Esklużjoni ta’ subappaltatur propost – Kompetenza professjonali – Rekwiżit ta’ taħriġ ġuridiku sħiħ – Rikonoxximent ta’ diplomi – Proporzjonalità – Trasparenza”

1.                     Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Deċiżjoni li r-rikors jiġi miċħud fuq il-mertu mingħajr ma tittieħed deċiżjoni fuq l-ammissibbiltà – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 18)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punt 25)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Kriterji ta’ selezzjoni – Kriterju relatat man-neċessità ta’ taħriġ ġuridiku sħiħ għall-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni ġuridika lill-Qorti tal-Ġustizzja – Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 42; Regolament tal-Kunsill Nru 966/2012; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012) (ara l-punti 29, 30)

4.                     Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 56)

5.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Applikabbiltà tad-direttivi – Limiti – Ipparagunar tad-diplomi u tal-kwalifiki miksuba fid-diversi Stati Membri skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36 – Setgħa diskrezzjonali tal-awtorità kontraenti – Limiti – Osservanza tal-prinċipji ta’ moviment liberu tal-persuni u tal-libertà ta’ stabbiliment (Artikoli 45 TFUE, 49 TFUE u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36, Titolu III) (ara l-punti 65, 77, 78, 81, 93)

6.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 67)

7.                     Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Ħaddiema – Aċċess għall-professjonijiet – Assenza ta’ armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess – Kompetenzi tal-Istati membri – Limiti (Artikoli 45 TFUE u 49 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36) (ara l-punti 88-91)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Portata (ara l-punt 103)

9.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Portata – Obbligu li s-subappaltaturi proposti minn offerent jiġu informati fil-każ li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kompetenza professjonali previsti fl-avviż ta’ kuntratt – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikoli 102(1), u 113(2)) (ara l-punti 110, 111)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittri tal-5 ta’ Ġunju 2013 li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bagħtet lil IDEST Communication SA, li permezz tagħhom hija stiednet lil din tal-aħħar, minn naħa, tagħmel offerti fil-kuntest tal-proċedura nnegozjata ta’ għoti ta’ kuntratt sabiex jiġu konklużi kuntratti qafas għat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi minn ċerti lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Franċiż (ĠU 2013/S 047 075037) u, min-naħa l-oħra, tikkonferma li r-rikorrent ma kienx ser jiġi impjegat fil-provvista tas-servizzi kkonċernati mill-kuntratt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alain Laurent Brouillard huwa kkundannat għall-ispejjeż.