Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2014 – Anapurna vs UASI – Annapurna (ANNAPURNA)

(Kawża T-71/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali ANNAPURNA – Talba għal annullament imressqa mill-intervenjenti – Artikolu 134(1) sa (3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Forma tal-użu mit-trade mark – Prova tal-użu għall-prodotti rreġistrati”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anapurna GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ehrlinger u T. Hagen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Annapurna SpA (Prato, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 2409/2011-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Anapurna GmbH u Annapurna SpA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

It-talba għal annullament ta’ Annapurna SpA hija miċħuda.

Anapurna GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk ta’ Annapurna.

Annapurna għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 101, 06.04.2013.