Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Dordal vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-469/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Dordal, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn fiha l-Kummissjoni tikkwalifika l-miżuri kollha li skontha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa sistema Spanjola ta’ leasing finanzjarju bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-investituri tal-GIE bħala l-benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn dan jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn fih tittieħed deċiżjoni dwar il-legalitá ta’ kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, utikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.Motivi u argumenti prinċipaliIl-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.