Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-466/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, Abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ April 2014, li permezz tagħha huwa kkonstatat li r-rimbors ta’ dazji fuq l-importazzjoni skont l-Artikolu 236, moqri flimkien mal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju [Regolament (KEE) Nru 2913/92] huwa ġġustifikat u li r-rimbors ta’ dazji ta’ importazzjoni minn ammont ieħor ma huwa ġġustifikat fl-ebda każ (fajl REM 02/2013) sa fejn tiċħad ir-rimbors ta’ dazji ta’ importazzjoni indebitament ikkunsidrati bħala mhux ġustifikati, u

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba flimkien mal-Artikolu 872a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3)F’dan ir-rigward, fil-proċeduri bħal dak tar-rimbors, fejn il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa u għandha tindika dawk ir-raġunijiet li jwassluha sabiex tadotta deċiżjoni sfavorevoli, huwa argumentat li deċiżjoni li tinkludi rifjut għal raġunijiet oħra għajr dawk inklużi fil-komunikazzjoni preċedenti tagħha tmur kontra l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307)Skont ir-rikorrent, huma ssodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza u li huma l-bażi ta

’ numru ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni favorevoli għar-rimbors fis-settur tat-tonn fil-passat. B’mod partikolari, hemm kumplessità fir-regolamenti, assenza ta’ verżjoni żbaljata mill-esportatur, interpretazzjoni differenti tar-regolament ibbażata fuq informazzjoni korretta, responsabbiltà parzjali tal-Kummissjoni u permanenza fiż-żmien ta’ żball tal-awtoritajiet kompetenti li qatt ma applikaw korrettament ir-regolament.