Language of document :

Appell ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2014 minn Risto Nieminen mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ April 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-81/12, Nieminen vs Il-Kunsill

(Kawża T-464/14 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Risto Nieminen (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: M. de Abreu Caldas, D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-10 ta’ April 2014, fil-Kawża F-81/12 (Risto Nieminen vs Il-Kunsill);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-apellant jinvoka żewġ motivi.

1.    L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkritika lill-applikant talli ma pprovdiex biżżejjed provi sabiex juri żball manifest ta’ evalwazzjoni, meta kien jaf li huwa ma kellux possibbiltajiet reali li juri dan u meta kien irrifjuta li l-appellat jiġi ordnat li jipproduċi d-dokumenti kollha rilevanti sabiex jevalwa l-mertu ta’ dan l-aggravju.2.    It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żnaturament tal-provi u tal-fatti.