Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Holistic Innovation Institute vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Holistic Innovation Institute, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Muñiz García, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni ta’ esklużjoni tal-kumpannija rikorrenti mill-proġett eDIGIREGION u tikkumpensaha għad-danni kkawżati u tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ammont ta’ EUR 3 055 000 jew, sussidjarjament, l-ammont stmat mill-espert tal-qorti, u l-interessi akkumulati b’mod konformi ma’ dak indikat fir-rikors, u barra minn hekk tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti, impriża ddedikata prinċipalment għat-telekomunikazzjoni, għar-riċerka u l-iżvilpp u għas-servizzi ta’ konsulenza fir-rigward tat-telekomunikazzjoni, tar-riċerka u tal-innovazzjoni, fil-proġett Ewropew eDIGIREGION, tas-Seba’ Programm Qafas.

F’dan ir-rigward huwa affermat li r-rikorrenti, sa mill-istabbiliment tagħha, ipparteċipat fit-tħejija tal-proposta għall-proġett eDIGIREGION b’rabta stretta ma’ entitajiet oħra, billi żammet diversi laqgħat fi Brussell u għamlet ħafna konferenzi permezz tat-telefon bejn Lulju 2011 u Jannar 2012, li wasslu sabiex jiġi fformat Konzorju Ewropew, li ppreżenta proposta għall-proġett eDIGIREGION (Realizing the Digital Agenda Through Transnational Cooperation Between Regions). F’din il-proposta għal proġett ir-rikorrenti hija s-soċju numru 5 tal-Konsorzju b’baġit ta’ EUR 491 400 u kontribuzzjoni tal-Kummissjoni ta’ EUR 438 165 (14.61 % tat-total mitlub).Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tallega li l-argumenti adottati mill-Kummissjoni Ewropea huma kompletament inġustifikati, inkwantu jiksru r-rekwiżit prinċipali neċessarju sabiex din l-istituzzjoni tkun tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-parteċipazzjoni ta’ impriża fi proġett evalwat b’mod pożittiv: l-argumenti għandhom ikunu ċari, kompluti u ġġustifikati sewwa. B’mod speċifiku, ir-rikorrenti tafferma li tinsab tekonoloġikament u operattivament ppreparata sabiex tipparteċipa fil-Konsorzju eDIGIRE

GION, li hija għandha kapaċità finanzjarja suffiċjenti sabiex tissodisfa l-obbligu tagħha ta’ kofinanzjament u li hija għanda biżżejjed esperjenza fit-tmexxija ta’ proġetti u fl-amministrazzjoni tagħhom. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis li hemm nuqqas ta’ qbil manifest bejn dak iffirmat mid-Direttur Ġenerali fit-test tal-ittra li tinnotifika s-sospensjoni tal-parteċipa

zzjoni fil-proġett u l-argumenti fl-anness ta’ din l-ittra.