Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2015 – Nieminen vs Il-Kunsill

(Kawża T-464/14 P)1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 – Dritt għal smigħ xieraq – Drittijiet tad-difiża – Portata tal-istħarriġ ġuridiku fl-ewwel istanza – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Assenza ta’ żball ta’ liġi u ta’ żnaturament – Appell manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Risto Nieminen (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn M. de Abreu Caldas, D. de Abreu Caldas u J. N. Louis, sussegwentement minn J. N. Louis, avuati)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)

SuġġettAppell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ April 2014, Nieminen vs Il-Kunsill (F-81/12, Ġabra SP, EU:F:2014:50), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.R. Nieminen huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 261, 11.8.2014.