Language of document : ECLI:EU:T:2015:795





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 –
Hewlett Packard Development Company vs UASI (ELITEPAD)

(Kawża T‑470/14)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ELITEPAD – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 14, 15, 32)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 16-18)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali ELITEPAD (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 24-29)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (ara l-punti 33, 34)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 884/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ELITEPAD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hewlett Packard Development Company LP hija kkundannata għall-ispejjeż.