Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Holistic Innovation Institute vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/14) 1

(“Għajnuna finanzjarja – Riċerka – Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Proġett eDIGIREGION – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-parteċipazzjoni ta’ impriża – Rikors għal annullament – Terminu tar-rikors – Bidu tad-dekorrenza – Inammissibbiltà – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Danni morali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Holistic Innovation Institute, SLU (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn R. Muñiz García, sussegwentement minn J. Marín López, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, aġent, assistit minn J. Rivas Andrés, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ARES (2014) 710158, tat-13 ta’ Marzu 2014, li tirrifjuta l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proġett eDIGIREGION, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament subiet wara din id-deċiżjoni, li kienu jammontaw għal EUR3 055 000 kif ukoll l-interessi akkumulati, u, sussidjarjament, il-ħatra ta’ espert bil-għan li jiġi evalwat id-dannu subit.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Holistic Innovation Institute, SLU hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 292, 1.9.2014.