Language of document : ECLI:EU:T:2016:296

Kawża T‑468/14

Holistic Innovation Institute, SLU

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna finanzjarja – Tfittxija – Is-Seba’ Programm-Qafas għall-azzjonijiet ta’ tfittxija, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Proġett eDIGIREGION – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-parteċipazzjoni ta’ impriża – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Inammissibbiltà – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Dannu morali – Ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt li tagħti drittijiet lil individwi”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016

1.      Rikors għal annullament – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni

(Paragrafu 6 tal-Artikolu 263; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 102(2)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Rikors ippreżentat bil-faks – Terminu għall-preżentata tal-oriġinali ffirmat – Bidu tad-dekorrenza – Data li fiha ġiet irċevuta l-faks u mhux dik li fiha jiskadi t-terminu għall-preżentata tar-rikors

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 43(6))

3.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Nuqqas tal-preżentazzjoni tal-oriġinal iffirmat tar-rikors qabel l-iskadenza tat-terminu – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(6))

4.      Proċedura ġudizzjarja – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Dekadenza – Żball skużabbli – Kunċett – Preżentata ta’ rikors mingħajr firma tar-rikors minn avukat – Esklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Subparagrafu 1 tal-Artikolu 43(1))

5.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Firma bil-miktub ta’ avukat – Regola sostanzjali ta’ applikazzjoni stretta – Possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni ex-post – Assenza – Ksur tad-dritt għal rimedju effettiv – Assenza

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Subparagrafu 1 tal-Artikolu 43(1))

6.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Assenza ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(Paragrafu 2 tal-Artikolu 340 TFUE)

7.      Rikors għad-danni – Awtonomija fil-konfront tar-rikors għal annullament – Rikors intiż għall-irtirar ta’ deċiżjoni individwali li saret definittiva – Inammissibbiltà

(Artikolu 268 TFUE, u paragrafu 2 tal-Artikolu 340 TFUE)

8.      Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Estensjoni ta’ motiv eżistenti – Ammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(c) u Artikolu 48(2))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 25)

2.      Bis-saħħa tal-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991, id-data li fiha kopja tal-oriġinal iffirmata ta’ att tal-proċedura li wasslet fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali permezz ta’ faks jew b’ittra elettronika tittieħed biss inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-osservanza tat-terminu tal-proċedura, jekk l-oriġinal iffirmat tal-att huwa ddepożitat fir-reġistru mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara l-irċevuta tal-faks jew tal-ittra elettronika.

(ara l-punt 28)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 31)

4.      Il-kunċett ta’ żball skużabbli għandu jiġi interpretat b’mod strett u jista’ biss jipprevedi ċirkustanzi eċċezzjonali. F’dan ir-rigward, fil-każ ta’ rikors ippreżentat mingħajr ma l-att ikun iffirmat minn avukat, argument, ibbażat fuq in-natura skużabbli tal-iżball imwettaq minħabba li, fi dritt nazzjonali, l-assenza fl-firma tal-att mill-avukat huwa rregolarizzabbli, għandu jiġi miċħud. Madankollu, il-preparazzjoni, is-sorveljanza u l-verifika tal-atti proċedurali li għandhom jiġu ppreżentati fir-reġistru jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-avukat tal-parti kkonċernata.

(ara l-punt 32)

5.      Il-fatt li l-assenza ta’ firma tal-att mill-avukat ma huwiex regolarizzabbli fid-dritt tal-Unjoni ma jikkompromettix id-dritt għal rimedju effettiv. Fil-fatt, l-applikazzjoni stretta tar-regoli ta’ proċedura jissodisfa l-ħtieġa ta’ ċertezza legali u tan-neċessità li tiġi evitata kull diskriminazzjoni jew kull trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Għalkemm il-kundizzjonijiet ta’ preżentazzjoni tal-atti u t-termini għall-preżentata ta' rikors jillimitaw id-dritt ta’ aċċess għal tribunal, din il-limitazzjoni ma tikkostitwixxix ħsara għas-sustanza anki tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, iktar u iktar li r-regoli inkwistjoni huma ċari u ma jippreżentawx diffikultà ta’ interpretazzjoni partikolari.

(ara l-punt 33)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 41-44)

7.      L-azzjoni għad-danni, ibbażata fuq it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, hija rimedju awtonomu fil-kuntest tar-rimedji ġudizzjarji fid-dritt tal-Unjoni, b’mod li l-inammissibbiltà ta’ talba għall-annullament ma twassalx, minnha stess, għal dik ta’ talba għall-kumpens.

Madankollu, għalkemm parti tista’ taġixxi permezz ta’ azzjoni għad-danni, mingħajr ma tkun kostretta minn ebda test li ssegwi l-annullament tal-att illegali li tikkawżalha dannu, madankollu hija ma tistax iddawwar permezz ta’ dawn il-mezzi l-inammissibbiltà ta’ talba li tipprevedi l-istess illegalità u intiża għall-istess finijiet pekunjarji.

B’hekk, rikors għad-danni għandu jiġi ddikjarat inammissibbli meta għandu tendenza, fir-realtà, li jirtira deċiżjoni individwali li saret definittiva u li għandu bħala effett, jekk jintlaqa’, li jwaqqaf għal kollox l-effetti legali ta’ din id-deċiżjoni. Dan huwa l-każ jekk ir-rikorrent ifittex, permezz ta’ talba għad-danni, li jikseb riżultat li huwa identiku għal dak li kien jagħtih is-suċċess ta’ rikors għal annullament li naqas milli jibda fi żmien xieraq.

Barra minn hekk, rikors għad-danni jista’ wkoll ikun jista’ jwaqqaf għal kollox l-effetti legali ta’ deċiżjoni li saret definittiva meta r-rikorrent ifittex benefiċċju ikbar, iżda li jinkludi dak li seta’ jirtira ta’ sentenza għall-annullament. F’tali ipoteżi, madankollu, huwa neċessarju li tiġi kkonstata l-eżistenza ta’ rabta mill-qrib bejn ir-rikors għad-danni u rikors għal annullament biex tiġi konkluża l-inammissibbiltà tal-ewwel.

(ara l-punti 45-48)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 79)