Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-466/14) 1

[“Unjoni doganali – Importazzjoni ta’ prodotti dderivati mit-tonn provenjenti minn El Salvador – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Talba għal nuqqas ta’ rkupru ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 236 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Dritt għal amministrazzjoni tajba b’rabta mal-Artikolu 872a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 – Żball li ma setax raġonevolment jiġi nnutat mill-awtoritajiet kompetenti”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Rubio González, sussegwentement minn V. Ester Casas, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas, A. Caeiros u B. R. Killmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2363 finalit, tal-14 ta’ April 2014, li tikkonstata li, f’każ partikolari, il-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni hija ġġustifikata għal ċertu ammont, imma mhux għal ammont ieħor (REM 02/2013), fejn ikkonkludiet li l-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni li jitilgħu sa’ EUR 14 417 193.41 ma kinitx iġġustifikata.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jħallas l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 261, 11.8.2014.