Language of document : ECLI:EU:T:2016:742

Kawża T-466/14,

Ir-Renju ta’ Spanja

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Unjoni doganali – Importazzjoni ta’ prodotti dderivati mit-tonn provenjenti minn El Salvador – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Talba għal nuqqas ta’ rkupru ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 236 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Dritt għal amministrazzjoni tajba b’rabta mal-Artikolu 872a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 – Żball li ma setax raġonevolment jiġi nnutat mill-awtoritajiet kompetenti”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Diċembru 2016

1.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet ta’ difiża – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ osservanza tal-imsemmija prinċipji mill-amministrazzjonmijiet nazzjonali fil-kuntest ta’ proċedura ta’’irkupru ta’ dazji doganali – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2), 47 u 48; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 872, 872a u 873)

2.      Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 – Natura kumulattiva

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 220(2)(b))

3.      Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda waqt il-kawża – Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 76(d) u 84(1))

4.      Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 – Żball tal-amministrazzjoni li ma setax “jiġi raġonenvolment innotat mill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa” – Żbalji li jinsabu fiċ-ċerifikat ta’ oriġini “formula A” – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 220(2)(b))

5.      Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 220(2)(b))

6.      Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 – Bona fide tal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa – Kunċett – Rabta mal-kundizzjoni dwar l-assenza ta’ għarfien tal-iżball imwettaq mill-awtoratijiet doganali

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 220(2)(b))

7.      Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 – Osservanza tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar id-dikjarazzjoni doganali – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 220(2)(b))

8.      Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 – Żball tal-amministrazzjoni li ma setax “jiġi raġonevolment innotat mill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa” – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 220(2)(b))

9.      Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 – Obbligi li l-awtoritajiet dognaali jingħataw l-informazzjoni kollha neċessarja prevista mid-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, Artikolu 84)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 39-42)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 47-50, u 124)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 71-73)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 79-81, u 86)

5.      It-tieni sal-ħames subparagrafi tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, jistabbilixxu regoli partikolari li fid-dawl tagħhom ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni a posteriori d-dazji fuq l-importazzjoni dovuti meta l-istatus preferenzjali ta’ merkanzija jkun ġie stabbilii fuq il-bażi ta’ sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva li tinvolvi l-awtoritajiet ta’ pajjiż terz.

6.      F’dan ir-rigward, l-eżami tat-talba għal nuqqas ta’ rkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni għandu jitwettaq fid-dawl tat-tieni sal-ħames subparagrafi tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

7.      Madankollu, l-imsemmi eżami għandu wkoll jitwettaq billi jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 220(2)(b) tal-imsemmi Kodiċi u, għaldaqstant, il-kundizzjonijiet kumulattivi li huma jinkludu u li għandhom jiġu ssodisfatti, jiżdiedu ma’ dik dwar in-natura li jista’ raġonevolment jiġi nnotat tal-iżball imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti, jiġifieri, li l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa tkun in bona fide u li tosserva d-dispożizzjonijiet kollha prevista mill-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

(ara l-punti 106, 107)

8.      F’dak li jikkonċerna l-kundizzjoni dwar il-bona fide tal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, mir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, jirriżulta li l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa tista’ tinvoka l-bona fide meta hija tista’ turi li, tul il-perjodu tal-operazzjonijiet ikkonċernati, hija ressqet il-prova ta’ diliġenza sabiex tiżgura li l-kundizzjonijiet kollha għat-trattament preferenzjali kienu ġew osservati.

Madankollu, il-kundizzjoni dwar il-bona fide tal-operatur u dik dwar l-assenza ta’ għarfien tal-iżball imwettaq mill-awtoritajiet doganali jippreżentaw ċertu rabta. Il-kwistjoni jekk l-operatur ikunx aġixxa in bona fide timplika b’mod partikolari li jiġi determinat jekk huwa setax raġonevolment jinnota l-iżball imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti.

F’dan ir-rigward, il-premessa 11 tar-Regolament Nru 2700/2000, li temenda r-Regolament Nru 2913/9, għandha tiġi interpretata fis-sens li tikkostitwixxi indikazzjoni fis-sens li l-bona fide tal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa għandha tiġi eżaminata meta l-iżball imwettaq mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikun wassal sabiex jiġi stabbilit ċertifikat inkorrett, ikun x’ikun l-oriġini ta’ dak l-iżball, kemm jekk ikun dovut lil dawn l-awtoritajiet kif ukoll jekk huwa jkun ipprovokat minn preżentazzjoni inkorretta tal-fatti mill-esportatur.

(ara l-punti 108, 110, 112, 118, 122)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 125)

10.    L-iżball imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ta’ natura li ma jkunx jista’ raġonevolment jiġi nnotat mill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa ta’ bona fide, minkejja l-esperjenza professjonali tagħha u d-diliġenza li hija għandha tieħu L-iżball imwettaq mill-istess awtoritajiet għandu jkun tali li ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna responsabbli għall-ħlas, waqt li din tal-aħħar tkun aġixxiet in bona fide, u dan minkejja l-esperjenza professjonali tagħha u d-diliġenza li hija għandu jkollha. Huwa ċertament minnu li l-esperjenza professjonali ma teskludix, fiha nnifisha, il-bona fide tal-operatur jew in-natura moħbija tal-iżball. Madankollu, għandu jiġi nnotat li jista’ jkun mistenni minn professjonist ta’ esperjenza li huwa jkollu diliġenza ogħla fuq elementi amministrattivi u fattwali li l-evalwazzjoni tagħhom taqa’ fil-kuntest abitwali tal-attivitajiet tiegħu, b’mod partikolari f’dak li huwa jista’ jikkonstata iktar faċilment kull devjazzjoni minn dak li jikkostitwixxi prattika ordinarja korretta. Fir-rigward tad-diliġenza, għandu jkun l-operatur ekonomiku li għandu dubji li jinforma ruħu u jfittex il-kjarifiki kollha possibbli sabiex ma jiksirx id-dispożizzjonijiet imsemmija.

Fuq dan il-punt, huwa innegabbli li l-kundizzjoni dwar in-natura li ma tistax innotata tal-iżball imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti hija marbuta, sa ċertu punt, mal-kwistjoni tal-bona fide tal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa. Madankollu, ma huwiex possibbli li jiġi ammess li l-fatt li l-iżball huwa preżunt li ma jistax jiġi raġonevolment innotat, konstatazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-regola tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2700/2000, tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu l-konsegwenza awtomatika u neċessarja li l-bona fide tal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa tkun ikkonstata.

(ara l-punti 131, 133, 134, 143)

11.    Id-dikjarant huwa obbligat li jipprovdi lill-awtoritajiet doganali kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja prevista mir-regoli tal-Unjoni u r-regoli nazzjonali li, jekk ikun il-każ, jikkompletawhom jew jittrasponuhom fir-rigward tat-trattament doganali mitlub għall-merkanzija kkonċernata.

12.    Madankollu, dan l-obbligu ma jistax imur lil hinn mill-indikazzjonijiet li d-dikjarant jista’ raġonevolment ikun jaf bihom u jakkwista, b’mod li huwa suffiċjenti li dawn l-indikazzjonijiet, anki jekk ikunu ineżatti, jkunu ġew ipprovduti in bona fide.

(ara l-punti 176, 177)