Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ottubru 2020 – PR et vs Germanwings GmbH
(Kawża C-558/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PR, BV
Konvenuta: Germanwings GmbH
Domanda preliminari
Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 1 ?
____________
1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).