Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2008 - Ziliene vs Il-Parlament

(Kawża F-70/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Veronika Ziliene (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta' Lulju 2007 li ma tagħtix lir-rikorrenti l-allowance ta' kuljum imsemmija fl-Artikolu 10 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' l-allowances ta' kuljum mid-data li fiha r-rikorrenti bdiet taħdem bħala uffiċjal flimkien ma' l-imgħax, kif ukoll EUR 1 bħala kumpens għad-dannu morali subit.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta' Lulju 2007 li ma tagħtix lir-rikorrenti l-allowance ta' kuljum imsemmija fl-Artikolu 10 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-Parlament iħallas lir-rikorrenti l-allowances ta' kuljum mid-data li fiha r-rikorrenti bdiet taħdem bħala uffiċjal, flimkien ma' l-imgħax ikkalkolati abbażi ta' rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' ffinanzjar mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodi kkonċernati, miżjuda b'żewġ punti, sakemm l-ħlas isir kollu kemm hu;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti s-somma simbolika ta' EUR 1 bħala kumpens għad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________