Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ April 2024 – AS et vs SEAE

(Kawża T-1160/23) 1

(“Servizz pubbliku – Persunal tas-SEAE – Remunerazzjoni – Allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien – Iffissar tar-rata għall-persunal assenjat fil-Ġordan għal 10 % – Irtirar tal-att ikkontestat – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AS u s-27 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: A. Tymen, avukata)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Falek u R. Coesme, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-21 ta’ Diċembru 2022 dwar l-istabbiliment tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien previst fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din tnaqqas, mill-1 ta’ Jannar 2023, ir-rata tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien imħallsa lill-persunal tal-Unjoni assenjat fil-Ġordan minn 15 % għal 10 % tal-ammont ta’ referenza.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C, C/2024/1110, 5.2.2024.