Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2024 – Toya Development vs EUIPO – Szmidt (TOYA)

(Kawża T-199/24)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Toya Development sp. z o.o. (Kryniczno, il-Polonja) (rappreżentant: J. Sikocińska, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jan Szmidt (Wrocław, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “TOYA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 027 591

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 470/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________