Language of document : ECLI:EU:T:2012:583





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Novembru 2012 – Syndicat des thoniers méditerranéens et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-574/08)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Sajd — Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd — Irkupru ta’ stokkijiet tat-tonn — Miżuri ta’ emerġenza li jipprojbixxu s-sajd mill-purse seiners — Ħsara anormali”

1.                     Rikors għad-danni — Interess ġuridiku — Assoċjazzjoni professjonali — Interess proprju jew waqfien tad-dritt għal kumpens (Artikolu 288 KE) (ara l-punti 17, 22-28)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors għal kumpens għal danni allegatament ikkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni — Elementi li jidentifikaw l-allegat aġir tal-istituzzjoni, ir-rabta kawżali u n-natura attwali u ċerta tad-dannu kkawżat (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 33-35)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Element ġdid — Kunċett (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2) (ara l-punti 50, 52, 53)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kundizzjonijiet kumulattivi — Obbligu għall-qorti li teżaminahom f’ordni ddeterminat — Assenza (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 55-57, 65, 69, 70, 87)

5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Dannu reali u ċert — Oneru tal-prova (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 59)

6.                     Sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar — Skema tal-kwoti tas-sajd — Kunċett — Limitu teoretiku ta’ qabda massima — Garanzija lis-sajjieda li jistgħu jistadu għall-kwota kollha — Assenza (ara l-punti 62, 80)

7.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Responsabbiltà li tirriżulta minn att leċitu — Aġir li jaqa’ taħt il-kompetenza regolatorja tal-Unjoni — Esklużjoni — Limiti (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 72, 73, 75, 78)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Dritt għall-proprjetà — Eżerċizzju liberu ta’ attivitajiet professjonali — Portata (ara l-punt 74)

Suġġett

Rikors għal kumpens sabiex jinkiseb ħlas għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti bl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45°W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż.