Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Jannar 2012 - Mojo Concerts u Amsterdam Music Dome Exploitatie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-90/09) 

("Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Investiment tal-Gemeete Rotterdam fil-kumpless Ahoy' - Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat - Nuqqas ta' effett individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Mojo Concerts (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Amsterdam Music Dome Exploitatie BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Beeston, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Gross, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta : Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Noort, C. Wissels, M. de Grave, Y. de Vries u J. Langer, aġenti); Gemeente Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Feenstra u J. Fanoy, avukati); u Ahoy' Rotterdam NV (Rotterdam) (rappreżentanti : inizjalment M. van der Woude u E. Offers, sussegwentement M. Maas-Cooymans, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6018 finali, tal-21 ta' Ottubru 2008, dwar l-investiment magħmul mill-Gemeente Rotterdam fil-kumpless Ahoy' [għajnuna mill-Istat C 4/2008 (ex N 97/2007, ex CP 91/2007)].

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)    Mojo Concerts BV u Amsterdam Music Dome Exploitatie BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Gemeente Rotterdam u minn Ahoy' Rotterdam NV.

3)    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 102, 01.05.2009.