Language of document : ECLI:EU:T:2014:27





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 — SKW Stahl‑Metallurgie Holding u SKW Stahl‑Metallurgie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑384/09)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra l-Irlanda, Spanja, il-Portugall u r-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Drittijiet tad-difiża — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Obbligu ta’ motivazzjoni — Multi — Ugwaljanza fit-trattament — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Proporzjonalità — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”

1.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Smigħ tal-impriżi — Talba ta’ impriża sabiex tippreżenta l-argumenti tagħha in camera sabiex tipproteġi r-relazzjoni kummerċjali tagħha ma’ impriża oħra — Riskju ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriża l-oħra — Ċaħda — Bdil fiċ-ċirkustanzi li ma jibqax iwassal għan-neċessità li l-argumenti jiġu ppreżentati in camera — Talba għal smigħ ġdid — Ċaħda — Ksur tad-dritt għal smigħ — Assenza — Neċessità għall-uffiċjal tas-seduta li jikkonċilja d-drittijiet tad-difiża taż-żewġ impriżi (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikoli 12(1) u 14(1) u (6)) (ara l-punti 20, 21, 35-39, 58, 61, 62)

2.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Natura konfutabbli — Oneru tal-prova (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 67-72, 82-86, 90, 99, 109‑111, 123, 124)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ġdid — Kunċett (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2)) (ara l-punti 129, 130)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Sempliċi riferiment għal sentenza preċedenti tal-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punti 131-134)

5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31) (ara l-punt 135)

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Possibbiltà għall-Kummissjoni li titbiegħed minnhom — Limiti — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta’ impriża fir-rigward, b’mod partikolari, tar-riskju ta’ sproporzjoni tal-multa (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 13, 25 u 37) (ara l-punti 147, 153, 164‑168)

7.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Modifika tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Obbligu għall-Kummissjoni li żżomm mal-prasssi deċiżjonali preċedenti tagħha — Assenza (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punt 185)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punti 186, 188)

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas — Kundizzjonijiet — Unità ekonomika — Eċċezzjonijiet (Artikolu 81 KE) (ara l-punti 194-197)

10.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 — Ksur tal-prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punt 206)

11.                     Kompetizzjoni — Multi — Impożizzjoni — Neċessità li l-impriża tkun ibbenefikat mill-ksur — Assenza — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Ineżistenza ta’ benefiċċju — Esklużjoni (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 29 u 31) (ara l-punt 225)

12.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Impriża benefiċjarja (Artikolu 81 KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03) (ara l-punti 237-240)

13.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Dħul mill-bejgħ akkumulat tal-kumpanniji kollha li jifformaw l-entità ekonomika li taġixxi bħala impriża — Xoljiment possibbli tal-entità ekonomika wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata — Assenza ta’ effett (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 266, 267)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat‑22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 – Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass), f’dak li jikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, b’mod sussidjarju, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SKW Stahl-Metallurgie Holding AG u SKW Stahl-Metallurgie GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Gigaset AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.