Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-5/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu skont l-Artikolu 9(1)(h) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni wara investigazzjoni interna li bdiet wara investigazzjoni mill-OLAF mibdija kontra impriża u talba għad-danni fir-rigward tad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni adottata fis-16 ta’ Ottubru 2013, innotifikata fid-dar tar-rikorrent fit-18 ta’ Ottubru ta’ wara mid-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, meħuda mill-Awtorità tal-Ħatra magħmula minn tliet partijiet fil-fajl CMS 12/042, li tipprovdi li “ZZ għandu jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu skont l-Artikolu 9(1)(h) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għal pensjoni” u li tidħol “fis-seħħ ix-xahar wara d-data tal-iffirmar tagħha”;jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas, bħala kumpens għad-danni morali, mediċi, familjari, professjonali u materjali u għall-ħsara għall-karriera tar-rikorrent, li ġiet evalwata b’mod simboliku għal EUR 1, l-ammont ta’ EUR 30 000, bla ħsara għal kwalunkwe żieda jew tnaqqis li jistgħu jintalbu fil-mori tal-kawża; fi kwalunkwe każ, jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 87(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.